User Rating: 5 / 5

Star ActiveStar ActiveStar ActiveStar ActiveStar Active
 

It-tnissil tal-ġħasafar tal-ġħana fil-guvi ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx ġħall-insib. Dan intqal waqt programm dwar it-tnissil tal-ġħasafar li deher waqt XIFT fuq TVM2 nhar il-Ħamis, 9 ta’ Novembru.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti ġħal dan il-programm, ippreżentat minn Jean Claude Micallef, ġħażlet li tiddiskuti kif ċerti nassaba mhux jonsbu biss imma jaġħmlu ħilithom kollha biex inisslu wkoll fil-maġħluq mill-ġħasafar li jaqbdu mis-selvaġġ.

 

Dan ġħamlitu biex turi li t-tnissil tal-ġħasafar tal-ġħana qatt ma jista’ jitqies bħala xi alternattiva sodisfaċenti ġħan-namra tal-insib, ġħax dawn huma żewġ affarijiet totalment differenti minn xulxin. Importanti wieħed iġħid ukoll li t-tnissil tal-ġħasafar tal-ġħana ma jkunx jista’ jsir fil-maġħluq jekk l-ewwel ma jinqabdux l-ġħasafar mis-selvaġġ.

Fil-programmxu ħadu sehem  William Rutzen u Raymond Facciol, żewġ nassaba li jnisslu l-ġħasafar tal-ġħana fil-maġħluq.

Dawn spjegaw id-differenza li hemm bejn id-delizzju tat-tnissil tal-ġħasafar u dak tal-insib. Huma qalu li kull annimali domestiku li ġħandu l-bniedem madwaru, mhux ġħasafar biss imma anke ħlejjaq oħra bħal tiġieġ, fniek jew żwiemel bħala eżempju, kollha bdew mit-teħid min-natura.

Dan ifisser li kien hemm xi forma ta’ nsib ġħalihom, imbaġħad, wara li nqabdu, il-bniedem żammhom f’kundizz­joni tajba biżżejjed li kienu kapaċi jirriproduċu, u fil-fatt bi proċess li ħa daqsxejn taż-żmien, immodifikahom biex ħoloq varjetajiet differenti.

Raymond semma’ l-kanarini u l-pappagalli li jitrabbew fil-gaġġa u qal li dawn mhux bilfors huma kif kienu xi darba jeżistu fis-selvaġġ. “Dawn inbidlu, ġew modifikati, bħalma naraw f’ħafna speċi ta’ qtates, imma kollha oriġinaw kollha mis-selvaġġ,” qal Raymond.

Ħareġ ċar mill-programm li mhux daqstant faċli li tnissel ċerti speċi ta’ ġħasfar tal-ġħana minn dawk selvaġġi li jinqabdu, imma jekk wieħed jiddedika ruħu ġħalihom u jara naqra xi jkun qed jiġri, jirnexxilu.

“Illum ġħandna biex innisslu, nafu iktar, ġħandna iktar letteratura x’naqraw u ġħandna iktar esperti u kuntatti ma’ nies minn barra,” qal Raymond.

Fil-fatt id-diffikultajiet kbar li kien hemm qabel naqsu ħafna ġħax il-varjetajiet ta’ żrieraġħ żdiedu. Wieħed illum jista’ jipprovdi l-proteini li jkollu bżonn l-ġħasfur biex jidħol f’kundizzjoni ta’ tnissil, ġħax dan jinħtieġ jiekol il-laħam, jew aħjar dud u insetti. “F’dawn l-aħħar sitt snin nista’ nġħid li ġħamilna qabżiet kbar ħafna ġħax fis-suq insibu varjetà enormi li titfixkel fiha ta’ elementi u materjali li tista’ titma’ lill-ġħasafar li jkollok,” qal Raymond.

Imma x’valur fih it-tnissil tal-ġħasafar?

“Kieku kelli nġħid b’mod ġenerali, l-ewwelnett hemm valur li jkollu min irabbi u min jaqbad, jiġifieri hemm il-valur tar-responsabbiltà, illi int ġħandek annimal ħaj, u qed iżżommu, imma l-valur fil-każ tal-ġħasafar tal-ġħana huwa li int jirnexxilek turi li l-ġħasfur aċċetta l-ambjent li qed ttih u rriproduċa. Illi mhux biss li inti qieġħed hemm biex tammirah u tħares lejh, imma li jirnexxilek iġġibu f’kundizzjoni li huwa qieġħed jirriproduċi,” qal Raymond.

Min-naħa tieġħu, William qal li huwa importanti li l-abitat li tipprovdi lill-ġħasafar biex inisslu jkun wieħed addattat. Is-supplimenti, l-indafa u l-ikel li toffru huma importanti wkoll. Trid tkun dedikat, irid ikollok il-ħin kuljum, jiġifieri l-ġħasafar ma tistax tittraskurahom lanqas b’ġurnata.

“Jekk tieħu żball, jiswik il-flus ġħax dawn mhumiex bħal per eżempju l-amorini li huma razez ta’ ġħasafar li tixtrihom bi ftit flus… qed nitkellmu fuq li titlef ix-xoġħol u l-investiment tieġħek ta’ xhur twal,” qal Raymond.

William u Raymond spjegaw li t-taħlit tal-ikel trid taġħmlu sew, u huwa importanti li taġħmel ħafna dud ġħax fin-natura l-ġħasafar dan jieklu.

“Jekk nixtiequ nħaxxnuh naqra l-ġħasfur hemm tip ta’ dudu,  jekk nixtiequ nzommuh mod ieħor, hemm ħaġa oħra, jekk nixtiequ nippromwovu r-riproduzzjoni se titma’ xi ħaġa b’daqsxejn iktar proteina fiha,” qal Raymond.

“L-ġħasafar tal-insib, meta naslu biex naġħżlu l-pari biex innisslu minnhom, naġħtuhom ħafna dak it-tip ta’ dud b’aktar proteina, biex il-metaboliżmu tal-ġħasfur idur ġħaċ-ċiklu riproduttiv.”

Raymond u William urew biċ-ċar li, bħad-dilettanti l-oħrajn kollha, huma jitrattaw l-ġħasafar aħjar milli jieħdu ħsieb lilhom infushom.

Fl-aħħar William qal li, li kieku ma kienx l-insib, kieku hu ma kienx ikun jista’ jibda jrabbi u jnissel l-ġħasafar li tant iħobb bħall-vrieden u taż-żebbug, li jieħu l-frieħ minnhom ukoll. “L-insib huwa importanti ħafna ġħax fis-suq mhux faċli li ssibhom bħall-kanarini u ġħasafar oħra, li jinbieġħu fi kwalunkwe pet shop.

Wieħed jista’ jara dan il-programm billi jidħol fuq din il-link ta’ Facebook: https://www.facebook.com/fknkmalta/videos/1869055806456262/